Ikseb Għajnuna minn Abortion Support Network

Abort barra minn Malta huwa ħaġa pjuttost kumplessa biex torganizza, speċjalment matul il-pandemija li għaddejin minnha. Jekk trid għinuna u parir dwar kif tibbukkja abort barra minn Malta, ikkuntattja lil Abortion Support Network (ASN). ASN hija bbażata fir-Renju Unit li tassisti nisa f’Malta li għandhom bżonn jivvjaġġaw għal abort. Jistgħu jgħinuk issib kliniċi xierqa, jgħinuk tibbukkja titjiriet u akkomodazzjoni, u jistgħu saħansitra jgħinuk tħallas parti mill-ispejjeż tal-abort tiegħek jekk ma tistax taffordjahom.

Ikkuntattja lil Abortion Support Network billi ċċempel 27780991 jew 20341685. Jekk ma jwieġbux it-telefon, ħallilhom risposta u jċemplulek lura. Tista' wkoll tibgħatilhom email fuq info@asn.org.uk. ASN għandhom vountiera li titkellem bil-Malti, u voluntiera oħrajn li jitkellmu bl-Ingliż.

L-ASN tikkunsidra l-bżonnijiet finanzjarji tiegħek u tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali u mingħajr ġudizzju dwar il-metodu l-inqas għali ta' abort u vjaġġar. Jekk tingħata għotja migħand ASN, ASN tħallas il-klinika direttament, u b'hekk tnaqqas l-ammont li tħallas int. Jekk ikollok bżonn akkomodazzjoni qabel jew wara l-abort, ASN tirranġalek li toqgħod fid-dar ta' voluntier (fl-Ingilterra u l-Olanda biss) jew tipprovdik b'informazzjoni dwar akkomodazzjoni rħisa. Il-voluntiera jipprovdu post fejn toqgħod, ikel waqt li tkun magħhom, u f'xi każijiet jistgħu jipprovdu trasport lejn u lura mill-klinika.

Jekk tippreferi li jkollok abort bil-pilloli d-dar, xorta tista' ċċempel lil ASN u dawn jgħinuk billi jagħtuk informazzjoni fuq min jista' jipprovdilek pilloli għal abort. Pero', ftakar li tista wkoll tikkuntattja lill-organizzazzjonijiet li jipprovdu l-pilloli għal abort direttament.

 

Organizzazzjonijiet Pro-Choice f'Malta

Dawn li ġejjin huma organizzazzjonijiet u servizzi favur l-għażla f'Malta:

Family Planning Advisory Service (FPAS) : FPAS huwa servizz minn voluntiera pro-choice Maltin li jipprovdi informazzjoni lin-nies f’Malta dwar servizzi relatati mas-saħħa ripproduttiva. Jistgħu jagħtuk informazzjoni kunfidenzjali u parir dwar l-abort, il-kontraċezzjoni, u kull ħaġa oħra relatata mas-saħħa riproduttiva. Tista' ċċemplilhom fuq 27782758 jew għamel chat magħhom fuq www.fpas.mt.

NGOs:

aditus

Allied Healthcare for Choice

Doctors for Choice (Malta)

Moviment Graffitti

Women's Rights Foundation

Men Against Violence

Malta Humanist Association

fondazzjoni integra

Isles of the Left

Young Progressive Beings

 
Avoid the anti-choice

Evita lil Dawk Konta l-Għażla

F’Malta hemm preżenza qawwija ta’ gruppi kontra l-abort, u wħud minnhom saħansitra jirċievu fondi tal-gvern għall-operazzjonijiet tagħhom. Dawn huma magħrufa li jqarrqu bin-nisa billi jippretendu li joffru informazzjoni dwar l-abort biex iwaqqfuhom milli jagħmlu l-abort. It-tattiċi tagħhom jinkludu l-għoti ta’ informazzjoni falza u xkiel għal nisa li ser jagħmlu l-abort. Jistgħu saħansitra jirrapportawk lill-pulizija.

LifeNetwork Foundation Malta hija organizzazzjoni affiljata mal-grupp kontra l-LGBT u kontra d-drittijiet tan-nisa Agenda Europe. Dawn huma kontra l-abort u l-kontraċezzjoni f'kull forma. Permezz tas-"servizz ta' kriżi fit-tqala" tagħhom li jissejjaħ Life Line Malta, jagħtu informazzjoni ħażina u żbaljata biex jippruvaw jipperswadu lin-nisa biex ma jagħmlux abort u ma jużawx kontraċezzjoni. LifeNetwork topera wkoll “dar ta' kenn” imsejħa Dar Tgħanniqa t'Omm.

Jekk qed tfittex abort, għandek tibqa 'l bogħod minn dawn il-gruppi u kull servizz li joffru.

 

Għandek bżonn aktar informazzjoni jew għajnuna? Ikkuntatjana.

Jekk ma tistax issib dak li qed tfittex f'din il-gwida, jew teħtieġ aktar informazzjoni dwar kif taċċessa l-abort minn Malta, tista' tikkuntattjana permezz ta' email fuq info@safeabortionmalta.com jew billi timla l-formola hawn taħt. Jekk trid tibqa' kompletament anonima, tista' tikseb email address temporanju hawn.

Grazzi talli mlejt il-formola. NIRRISPONDUK dalwaqt.