top of page

Kliniki tal-Abort barra minn Malta

Il-mod ewlieni l-ieħor li bieh in-nisa f’Malta jkollhom abort huwa li jivvjaġġaw barra l-pajjiż. Dan ġeneralment jinvolvi dan li ġej:

  1. Għażla ta' pajjiż xieraq u aċċessibli.

  2. Għażla ta' klinika li tista' tgħinek.

  3. Ibbukkjar ta' titjiriet u akkomodazzjoni.

F’din it-taqsima nenfasizzaw fuq l-aktar pajjiżi komuni fejn in-nisa f’Malta jagħmlu l-abort, u nipprovdu lista ta’ kliniki li joffru servizzi tal-abort (kultant bi prezzijiet imnaqqsa) lil nisa minn Malta, u ngħidulek lil min tista’ tikkuntattja għall-għajnuna biex tibbukkja l-abort tiegħek barra minn Malta.

Jekk ħa ssiefer, probabbli tkun tixtieq abort kirurġiku, li hija proċedura sempliċi li ssir fil-klinika, u li minnha ħafna nisa jirkupraw malajr. Tista' ssib iktar informazzjoni fuq abort kirurġiku hawnhekk. Fuq tqaliet ta' inqas minn 14-il ġimgħa, abort kirurġiku isir b'metodu jissejjaħ vacuum aspiration. Tubu żgħir jiddaħħal fl-utru mill-vaġina u t-tqala tiġi miġbuda 'l barra. Dan il-proċess jieħu biss ftit minuti u normalment jeħtieġ biss loppju lokali. L-ispejjeż tal-klinika għal vacuum aspiration normalment huma ta' madwar EUR 800. Tista' ssir taf iżjed fuq vacuum aspiration billi tara dal-vidjow minn BPAS:

Għal tqaliet ta' 'l fuq minn 14-il ġimgħa, abort kirurġiku ġeneralment isir permezz ta' dilatazzjoni u evakwazzjoni (D&E). Għal din il-proċedura normalment ikollok tattendi klinika l-ġurnata qabel għall-preparazzjoni tal-għonq tal-utru, u fil-jum tal-proċedura tirċievi anestetiku ġenerali. Il-proċedura tinvolvi d-dilazzjoni (il-ftuħ) tal-għonq tal-utru u t-tneħħija tat-tqala b'forceps u ġbid bil-mod. Għal din il-proċedura normalment ikollok toqgħod fil-klinika għal ġurnata sħiħa, u xi drabi jkollok toqgħod matul il-lejl. L-ispejjeż tal-klinika għal D&E ġeneralment ikunu aktar minn EUR 1,500. Tista' ssir taf aktar dwar D&E f'dan il-vidjow minn BPAS :

Agħżel Pajjiż fejn ikollok Abort

L-għażla ta' pajjiż fejn tivvjaġġa tiddependi fuq żewġ fatturi ewlenin: il-liġi tal-abort f'dak il-pajjiż u d-dokumenti tal-ivvjaġġar tiegħek.

Ħafna pajjiżi tal-UE, bl-eċċezzjonijiet tal-Polonja u Malta, jippermettu l-abort fl-ewwel trimestru tat-tqala. Ir-Renju Unit u l-Olanda għandhom liġijiet dwar l-abort partikolarment progressivi u jippermettu l-abort fit-tieni trimestru wkoll (sa 24 ġimgħa tqala fir-Renju Unit u sa 22-23 ġimgħa tqala fl-Olanda). Ir-Renju Unit m'għandu l-ebda limitu fil-każijiet fejn il-fetu għandu anomalija severa.

Il-limitu tal-abort fi Spanja huwa ta’ 14-il ġimgħa tqala, u fl-Italja huwa ta’ 90 jum (bejn 12 u 13-il ġimgħa). Oqgħod attenta minn nies li joffru abort fi Sqallija. Kien hemm rapporti minn nisa Maltin li ħallsu eluf ta’ Ewro għal abort fi Sqallija u ilmentaw ħabba l-kwalità baxxa tal-kura li rċevew.

Jekk tagħżel pajjiż fiż-żona Schengen, tkun tista' ssiefer ta' malajr u jkollok bżonn biss ID card valida. Dawn huma l-pajjiżi li bħalissa jiffurmaw parti miż-żona Schengen: l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Iżlanda, l-Italja, il-Latvja, Liechtenstein, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, In-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja u l-Iżvizzera.

L-iktar ommissjoni notevoli minn din il-lista huq r-Renju Unit, li mhuwiex parti miż-żona Schengen. Ir-Renju Unit għandu l-lista tiegħu ta' nazzjonalitajiet li m'għandhomx bżonn viża biex jidħlu. Ċittadini Maltin u oħrajn tal-UE m'għandhomx bżonn viża biex jidħlu fir-Renju Unit, iżda minn Ottubru 2021 ma tistax tivvjaġġa lejn ir-Renju Unit bl-ID card u jkollok bżonn passaport validu. Jekk m'intix ċittadina Maltija, tista' tiċċekkja jekk għandekx bżonn viża għar-Renju Unit hawn: https://www.gov.uk/check-uk-visa

Abortion Clinics Abroad
Choosing a Country

Agħżel Klinika tal-Abort

Il-pass li jmiss huwa li tagħżel klinika li tipprovdi servizzi tal-abort li tkun tista' taqdik. Din li ġejja hija lista ta' kliniċi fl-Ingilterra, l-Olanda, u Spanja, li joffru servizzi tal-abort lil nisa minn Malta. Dawn il-kliniki jaħdmu ma' Abortion Support Network jekk ikollok bżonn l-għinuna biex tħallas għall-abort. Ħafna minn dawn il-kliniċi jinsabu ħdejn l-ajruporti u xi wħud saħansitra jipprovdulek servizz tat-taxi.

 

L-INGILTERRA
(Importanti: Minn Ottubru 2021, ikollok bżonn passaport validu biex tidħol fir-Renju Unit.)

NUPAS
Tel: +44 1614 872 660

Servizz Brittaniku ta' Konsulenza dwar it-Tqala (BPAS)
Tel: +44 1789 416 569

MSI
Tel: +44 3453 003 737

L-Isptar tan-Nisa ta’ Liverpool
Dawn għandhom Unit tal-Mediċina Fetali għal dawk li għandhom dijanjosi ta' Fatal Fetal Anomaly. Ftakar li fir-Renju Unit m'hemmx limitu sa' meta jista' jsir abort fuq ferti li għandhom anomalija.

 

L-OLANDA
(Pajjiż Schengen: Karta tal-Identità Maltija jew Permess ta' Residenza Malti huma biżżejjed għall-ivvjaġġar).

Vrelinghuis Utrecht (L-eqreb ajruport: Amsterdam)

Websajt: www.vrelinghuis.nl
Tel: +31 302333542
Kura sat-22 ġimgħa tqala

Stichting Abortuskliniek Amsterdam (L-eqreb ajruport: Amsterdam)

Websajt: abortuskliniek-amsterdam.nl
Tel: +31 206932151
Kura sa 18-il ġimgħa tqala

Bloemenhove f'Heemstede (L-eqreb ajruport: Amsterdam)

Websajt: www.bloemenhove.nl
Telefon: +31 235289890
Kura sa 23 ġimgħa ta tqala

 

SPANJA
(Pajjiż Schengen: Karta tal-Identità Maltija jew Permess ta' Residenza Malti huma biżżejjed għall-ivvjaġġar).

NB: Il-limitu tal-abort fi Spanja huwa ta' 14 ġimgħa tqala, li huwa ferm inqas mill-limiti tal-Olanda u r-Renju Unit.

Ginesur, Clínica Algeciras / Campo De Gibraltar
C / Juan González, 3, 11204 Algeciras
Tel: +34 956 61 24 65
Web: https://ginesur.com/

Ginesur, Clínica Málaga Centro Medico
C / Andalucía nº 18 29009, Malaga
Tel: +34 952 39 22 22
Web: https://ginesur.com/

Ginecenter Malaga
Calle Alemania, 15, 29001, Málaga
Tel: +34 952 30 47 16
Web: https://www.ginecenter.com/

Choosing a Clinic

Ibbukkja t-Titjiriet u l-Akkomodazzjoni

Jekk għandek bżonn l-għinuna tibbukja l-vjaġġ għal abort, ikkunutatja lil Abortion Support Network.

Wara li tkun ikkuntattjajt klinika tal-abort, tkun żgur li jistgħu joffru s-servizz li għandek bżonn, u rranġajt appuntament u ħin, ikollok bżonn tibbukkja titjiriet u akkomodazzjoni. Jekk għandek inqas minn 14-il ġimgħa tqala u se jkollok abort permezz ta' aspirazzjoni, stenna li tkun fil-klinika għal 3-4 sigħat u l-irkupru ġeneralment ikun malajr minħabba li m'hemm bżonn tal-ebda loppju ġenerali. Jekk għandek aktar minn 14-il ġimgħa tqala u se jkollok abort permezz ta' dilatazzjoni u evakwazzjoni, ikollok bżonn tattendi l-klinika ġurnata qabel il-proċedura għall-preparazzjoni taċ-ċerviċi, u fil-jum tal-proċedura stenna li tkun fil-klinika għal ġurnata sħiħa. Tista' wkoll tintalab toqgħod fil-klinika matul il-lejl ta' wara għall-osservazzjoni. Żomm dawn f'moħħok meta tiddeċiedi għal kemm żmien tibbukkja l-akkomodazzjoni.

 

Qabel ma tmur, kun af l-istorja medika tiegħek, il-mediċini tiegħek (jekk tieħu l-mediċini), u l-allerġiji tiegħek (jekk għandek). Ftakar li l-kliniċi tal-abort barra mill-pajjiż mhux se jkollhom aċċess għar-rekord mediku tiegħek f'Malta. Għandek tivvjaġġa ma' xi ħadd li tafda, f'kas li l-affarijiet ma jmorrux kif pjanat.

Mhux permess li t-tfal jidħlu ġo kliniki tal-abort. Jekk għandek it-tfal żgħar, ikollok bżonn tirranġa min joħodlok ħsiebhom, jew f'Malta jew fil-pajjiż li żżur.

Book Flights and Accommodation
bottom of page